St Vincent de Paul

St Vincent de Paul Il-Paġna Uffiċjali
ta'
San Vinċenz de Paul

“Jien Jeanette Xuereb, ir-rwol tiegħi huwa li nipprovdi servizzi ta’ parrukkiera lir-residenti ta’ St Vincent de Paul , ...
01/09/2026

“Jien Jeanette Xuereb, ir-rwol tiegħi huwa li nipprovdi servizzi ta’ parrukkiera lir-residenti ta’ St Vincent de Paul , fosthom qtugħ tax-xagħar, kulur, blow-dry u servizzi oħra relatati mal-kura tax-xagħar. Fl-istess ħin, nipprova nagħti esperjenza pjaċevoli u komda lir-residenti, filwaqt li nuri attenzjoni, rispett u kura individwali lejn kull persuna.

Is-servizz li nagħti huwa ffukat fuq il-kura tar-residenti. L-għan tiegħi huwa li r-residenti jħossuhom komdi, jidhru isbaħ f’għajnejhom, u b’hekk ikollhom sodisfazzjon personali li jagħmilhom kuntenti bis-servizz li jingħataw.

Dan ix-xogħol jagħtini sodisfazzjon kbir għax inħoss li, permezz tas-servizz tiegħi, nista’ nikkontribwixxi għall-kuntentizza tar-residenti. Huwa ta’ pjaċir għalija li nara residenti li jkunu kuntenti bir-riżultat u li, anke permezz ta’ servizz sempliċi bħal qtugħ tax-xagħar jew blow-dry, inkun nista’ nagħtihom mument ta’ kura, attenzjoni u tbissima li biha jħossuhom isbaħ u aħjar.”

Id-Diagnostic Imaging Unit f’San Vinċenz de Paul kompla jsaħħaħ is-servizzi tiegħu bit-tielet magna tal-ultrasound, din ...
20/08/2026

Id-Diagnostic Imaging Unit f’San Vinċenz de Paul kompla jsaħħaħ is-servizzi tiegħu bit-tielet magna tal-ultrasound, din id-darba speċjalizzata fil-qasam muskuloskeletali, u dan b’investiment ta’ €85,000.
Grazzi għal dan il-pass, minn 2,000 eżami li kienu jsiru kull sena fl 2021, illum qed isiru madwar 2,000 eżami fix-xahar.


MaltaGov
Is-Servizz Pubbliku
Servizz.gov
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
Renzo De Gabriele
It-Tabib Deo Debattista
Jorgen Souness

Id-Diagnostic Imaging Unit f’San Vinċenz de Paul kompla jsaħħaħ is-servizzi dijanjostiċi tiegħu permezz tal-introduzzjoni tat-tielet…

Il-Ġimgħa 4 ta' Settembru ġib il-karozza tiegħek u ħalliha f'idejna! B'donazzjoni ta' €5 biss, naħslulek il-karozza u tk...
19/08/2026

Il-Ġimgħa 4 ta' Settembru ġib il-karozza tiegħek u ħalliha f'idejna! B'donazzjoni ta' €5 biss, naħslulek il-karozza u tkun qed tgħin lill-ISTRINA.


MaltaGov
Is-Servizz Pubbliku
Servizz.gov
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

Aktar minn 1,000 eżami tal-MRI diġà twettqu f’San Vinċenz de Paul minn mindu ġie mniedi dan is-servizz innovattivB'inves...
12/08/2026

Aktar minn 1,000 eżami tal-MRI diġà twettqu f’San Vinċenz de Paul minn mindu ġie mniedi dan is-servizz innovattiv

B'investiment ta’ €1.8 miljun, din il-magna, li hija fost l-ewwel tat-tip tagħha installata f’dar residenzjali għall-anzjani f’Malta, qiegħda tressaq kura speċjalizzata u teknoloġija medika avvanzata eqreb lejn il-persuni anzjani.

Is-servizz mhuwiex disponibbli biss għar-residenti ta’ San Vinċenz de Paul, iżda wkoll għall-persuni kollha fil-komunità li għandhom 60 sena jew aktar.

Dan jirrifletti l-impenn kontinwu tagħna li noffru servizzi tas-saħħa aktar aċċessibbli, effiċjenti u ta’ kwalità, filwaqt li nnaqqsu l-ħtieġa li l-anzjani jivvjaġġaw lejn faċilitajiet oħra biex jirċievu dan it-tip ta’ eżami.


MaltaGov
Is-Servizz Pubbliku
Servizz.gov
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

🎉 Fl-eqqel tal-istaġun tal-festi, ir-residenti tagħna qed igawdu minn diversi stediniet li qed jirċievu minn parroċċi di...
07/08/2026

🎉 Fl-eqqel tal-istaġun tal-festi, ir-residenti tagħna qed igawdu minn diversi stediniet li qed jirċievu minn parroċċi differenti madwar Malta - fosthom il-Qrendi, Gudja, il-Ħamrun, l-Imqabba u Ħ'Attard.

Dawn l-okkażjonijiet jagħtuhom l-opportunità li jattendu l-festi, kif kienu jagħmlu qabel, jiltaqgħu man-nies tal-lokal, forsi ma' xi ħbieb li kellhom, igawdu l-atmosfera ferriħija u jkomplu joħolqu memorji sbieħ flimkien.

Nirringrazzjaw lill-parroċċi kollha tal-istediniet u tal-merħba sabiħa li dejjem jagħtuna. Nawguraw lil kulħadd staġun tal-festi mimli ferħ, għaqda u b***a mumenti sbieħ! ❤️


MaltaGov
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

Applikazzjonijiet Miftuħin għal Dementia Care and Practice Course, kors akkreditat mill-Università ta’ Malta u organizza...
06/08/2026

Applikazzjonijiet Miftuħin għal Dementia Care and Practice Course, kors akkreditat mill-Università ta’ Malta u organizzat minn San Vinċenz de Paul.

Miftuħ għall-professjonisti kollha fil-qasam tal-kura tas-saħħa kif ukoll għal supporting staff. Il-kors jibda f'Settembru li ġej.

📍 Post: SVP Training Centre
🎓 Jinkludi: Lectures u sessjonijiet prattiċi
💶 Ħlas: €100
⏳ Għeluq tal-applikazzjonijiet: 20 ta’ Awwissu.

Għal aktar informazzjoni:

📧 [email protected]
📞 2291 2508


MaltaGov
Is-Servizz Pubbliku
Servizz.gov
Mater Dei Hospital
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

03/08/2026

🎄Bi pjaċir inħabbru li l-Christmas Market ta' San Vinċenz de Paul din is-sena se jsir fil-5️⃣ u s-6️⃣ ta' Diċembru.

⛄Tixtieq li jkollok stand biex tbigħ artiġjanat, rigali, ġugarelli jew xi prodotti oħra jew inkella tipprovdi divertiment lill-pubbliku?
🎁B’donazzjoni ta’ 50 ewro b’riżq l-ISTRINA, tista' tkun parti minn dan l-avveniment speċjali.
❄️ Ċemplilna fuq 22912202 jew ibgħat email fuq [email protected] biex tirreġistra l-interess tiegħek.

🎄We're delighted to announce that St Vincent de Paul's Christmas Market this year will take place on 5️⃣th and6️⃣th December.

⛄Would you like to book a stand to sell crafts, gifts, toys, or other products? Would you like to provide entertainment to the visitors?
🎁With a donation of 50 euro towards l-ISTRINA, you can be part of this event.
❄️Call us on 22912202 or email us at [email protected] to register your interest.


MaltaGov
Saħħa
Is-Servizz Pubbliku
Servizz.gov
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

24/07/2026

X’lejla mill-isbaħ kellhom ir-residenti tagħna waqt is-Serata Sajfija – Hawaiian Night! 🌴✨

Serata mimlija mużika, żfin u divertiment, fejn kulħadd gawda atmosfera mill-isbaħ.

Grazzi lil kull min ta sehmu biex din l-attivita' tkun waħda tassew speċjali u memorabbli għar-residenti tagħna!

MaltaGov
Is-Servizz Pubbliku
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

☀️ Ħu ħsieb lill-għeżież tiegħek matul dan il-perjodu ta' sħanaMatul il-ġranet ta' temperaturi għoljin, l-anzjani huma f...
16/07/2026

☀️ Ħu ħsieb lill-għeżież tiegħek matul dan il-perjodu ta' sħana

Matul il-ġranet ta' temperaturi għoljin, l-anzjani huma fost l-aktar persuni vulnerabbli għall-effetti tas-sħana. Ftit prekawzjonijiet sempliċi jistgħu jagħmlu differenza kbira biex ngħinuhom jibqgħu f'saħħithom. Inħeġġu lill-familji, lill-qraba u lil dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani biex:

💧 Iħeġġuhom jixorbu l-ilma regolarment, anke jekk ma jħossuhomx bil-għatx.
❄️ Iżommuhom f'ambjent frisk jew bl-arja kkundizzjonata fejn huwa possibbli.
👕 Jgħinuhom jilbsu ħwejjeġ ħfief, komdi u ta' kuluri ċari.
☀️ Jevitaw li joħorġuhom barra matul l-aktar sigħat sħan tal-ġurnata.
👀 Joqogħdu attenti għal sinjali ta' deidrazzjoni jew stress mis-sħana, bħal għeja eċċessiva, sturdament, konfużjoni jew temperatura għolja, u jfittxu parir mediku jekk ikun meħtieġ.

Flimkien nistgħu nħarsu s-saħħa tal-għeżież tagħna matul is-sajf.

☀️ Take care of your loved ones during this hot weather

During periods of high temperatures, older adults are among the most vulnerable to the effects of the heat. A few simple precautions can go a long way in helping them stay safe and healthy. We encourage families, relatives and caregivers to:

💧 Encourage older adults to drink water regularly, even if they do not feel thirsty.
❄️ Keep them in a cool or air-conditioned environment whenever possible.
👕 Help them wear lightweight, loose-fitting and light-coloured clothing.
☀️ Avoid going outdoors during the hottest hours of the day.
👀 Watch for signs of dehydration or heat stress, including excessive tiredness, dizziness, confusion or a high temperature, and seek medical advice if necessary.

Together, we can help protect the health, wellbeing and dignity of our older loved ones throughout the summer.

MaltaGov
Is-Servizz Pubbliku
Servizz.gov
Saħħa
Anzjanità Attiva
Ian Borg
It-Tabib Deo Debattista
Renzo De Gabriele
Jorgen Souness

Address

Triq Florence Nightingale
Luqa
LQA3310

Telephone

+35622912000

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when St Vincent de Paul posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share