Dylan Cutajar Nutrition & Health

Contact the business

Dylan Cutajar Nutrition & Health Practice Nurse in Nutrition 🩺 | Registered Nutritionist 🥗

Passionate about education and the prevention of lifestyle-related diseases.

Green Apple Glow SmoothieA fresh and creamy, nutritious smoothie made with simple ingredients.Ingredients* 2 green apple...
20/09/2026

Green Apple Glow Smoothie

A fresh and creamy, nutritious smoothie made with simple ingredients.

Ingredients

* 2 green apples, seeds removed and cut into pieces
* 1 banana
* 2 handfuls of fresh spinach
* ⅓ cup plain Greek yoghurt
* 1 cup cold plain milk, unsweetened plant-based drink or water
* 1 tablespoon oats
* 1 teaspoon chia seeds
* A little cinnamon
* A few ice cubes

Method

1. Wash the apples well. You can leave the skin on.
2. Put all the ingredients into a blender.
3. Blend until smooth.
4. Add a little more water or milk if needed.
5. Pour into a glass and enjoy.

Tip: You can also add a little lemon, ginger or a spoonful of peanut butter for a different flavour.

Kont taf li fl-Unjoni Ewropea diġà huwa permess li nieklu ċerti insetti?Insetti bħall-mealworms, crickets u locusts jist...
12/09/2026

Kont taf li fl-Unjoni Ewropea diġà huwa permess li nieklu ċerti insetti?

Insetti bħall-mealworms, crickets u locusts jistgħu jinbiegħu bħala ikel fl-UE, iżda mhux kull insett jista’ jitqiegħed fis-suq. Dawn jitqiesu bħala “novel foods” u jridu jiġu evalwati għas-sigurtà u awtorizzati qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu.

Għaliex qed jiżdied l-interess fihom? L-insetti jistgħu jkunu sors tajjeb ta’ proteina u t-trobbija tagħhom tista’ tuża inqas art minn dik ta’ annimali tradizzjonali.

Imma dan ma jfissirx li huma awtomatikament aktar sostenibbli. It-trobbija fuq skala kbira ħafna drabi ssir f’ambjent ikkontrollat, li jista’ jirrikjedi enerġija għat-temperatura u l-ventilazzjoni. Hemm ukoll aspetti ta’ sigurtà tal-ikel u allerġiji li jridu jiġu kkunsidrati.

Interessanti kif is-sistema tal-ikel qed tkompli tevolvi!

Int kieku tipprova ikel magħmul bl-insetti?

🌿 X’inhu l-aħjar tip ta’ fibra?M’hemmx tip wieħed li huwa l-aħjar, il-varjetà hija importanti.Kuljum, inkludi sorsi diff...
06/09/2026

🌿 X’inhu l-aħjar tip ta’ fibra?

M’hemmx tip wieħed li huwa l-aħjar, il-varjetà hija importanti.

Kuljum, inkludi sorsi differenti bħal għads u legumi oħra, oats, ħobż integrali, frott u ħaxix ta’ kuluri differenti. Tipi differenti ta’ fibra jgħinu lis-saħħa tal-imsaren b’modi differenti.

🌈 Aktar varjetà fil-platt, aktar benefiċċji għas-saħħa fit-tul.

For younger children
02/09/2026

For younger children

25/08/2026

🐟 Lampuki – tradizzjoni Maltija u għażla nutrittiva tajba

Il-lampuka hija ħuta popolari ħafna f’Malta, speċjalment lejn l-aħħar tas-sajf u fil-ħarifa. Għal ħafna familji Maltin, platt bil-lampuki huwa parti mit-tradizzjoni tagħna.

Għaliex hija għażla tajba?
Il-lampuka tipprovdi:

- proteina ta’ kwalità tajba, importanti għall-muskoli u s-saħħa;
- xaħam relattivament baxx;
- vitamini u minerali importanti, fosthom vitamina B12, selenium u phosphorus;
- ukoll xi omega-3, li jagħmlu parti minn dieta tajba għas-saħħa tal-qalb.

Kif nistgħu nsajruha?
Tista’ ssir:

- fil-forn;
- grilled;
- moqlija ħafif fit-tagen;
- biz-zalza tat-tadam u l-kappar;
- jew fil-famuża torta tal-lampuki Maltija.

Il-mod kif insajruha u ma’ xiex inservuha jagħmel differenza. Il-forn jew il-grill, flimkien ma’ ħafna ħaxix u ammont moderat ta’ patata, jistgħu jagħmlu ikla bilanċjata u fit-togħma.

Illejla jien se niekol lampuki bil-patata, haxix u zalza tat-tadam bil-kappar. 🇲🇹

Intom x’se tieklu għall-ikla ta’ filgħaxija?

L-ALKOĦOL: X’TAJJEB LI NKUNU NAFU?L-alkoħol ħafna drabi jkun parti minn okkażjonijiet soċjali, ikliet, ċelebrazzjonijiet...
16/08/2026

L-ALKOĦOL: X’TAJJEB LI NKUNU NAFU?

L-alkoħol ħafna drabi jkun parti minn okkażjonijiet soċjali, ikliet, ċelebrazzjonijiet u ħin mal-ħbieb jew mal-familja. Madankollu, huwa importanti li ngawdu dawn l-okkażjonijiet b’għarfien u kawtela, għaliex l-alkoħol xorta jista’ jaffettwa s-saħħa, speċjalment meta jiġi kkunsmat b’mod frekwenti jew f’ammonti kbar.

L-alkoħol fih il-kaloriji.
Gramma alkoħol tipprovdi madwar 7 kaloriji, kważi daqs ix-xaħam. Cocktails u mixers biz-zokkor jistgħu jżidu aktar kaloriji li jwassal ghal piz zejjed.

M’hemmx livell ta’ alkoħol li jista’ jitqies kompletament sigur għas-saħħa.
Skont il-World Health Organization (WHO), ir-riskju għas-saħħa jibda anke b’ammonti żgħar u, b’mod ġenerali, aktar ma nixorbu, aktar jiżdied ir-riskju.

Jekk tagħżel li tixrob, evita li tikkonsma ħafna alkoħol f’okkażjoni waħda.
Jekk jiġi kkunsmat matul il-ġimgħa, huwa aħjar li l-konsum ikun mifrux fuq diversi ġranet, minflok jinġabar f’ġurnata jew tnejn. Il-limiti rakkomandati m’għandhomx jitqiesu bħala livelli “siguri”, iżda bħala għodda biex jitnaqqas ir-riskju.

L-alkoħol jista’ jagħmel ħsara lill-fwied.
Konsum għoli jew regolari jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ xaħam fil-fwied (fatty liver) u, maż-żmien, jista’ jikkontribwixxi għal infjammazzjoni u ħsara aktar serja fil-fwied.

Ftakar ukoll li l-alkoħol jista’:

- jaffettwa l-irqad u l-konċentrazzjoni;
- iżid ir-riskju ta’ ċerti tipi ta’ kanċer;
- jinteraġixxi ma’ xi mediċini;
- iżid ir-riskju ta’ inċidenti u korrimenti;
- jikkontribwixxi għal żieda fil-konsum tal-kaloriji.

Fejn tidħol is-saħħa, inqas alkoħol ifisser inqas riskju.

Studju ġdid qed jissuġġerixxi li t-tadam jista’ jkun ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-fwied. 🍅F’dan l-istudju, persuni b’xa...
12/08/2026

Studju ġdid qed jissuġġerixxi li t-tadam jista’ jkun ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-fwied. 🍅

F’dan l-istudju, persuni b’xaħam żejjed fil-fwied (fatty liver) kielu kuljum madwar 200g tadam frisk u 50g zalza tat-tadam għal 6 ġimgħat. Ir-riżultati wrew tnaqqis akbar f’indikatur tax-xaħam fil-fwied meta mqabbla ma’ dawk li evitaw it-tadam.

Importanti li ngħidu li dan kien studju żgħir u għal żmien qasir. Għalhekk, ma nistgħux ngħidu b’ċertezza li t-tadam inaqqas ix-xaħam fil-fwied. Ir-riżultati huma interessanti u promettenti, iżda hemm bżonn ta’ aktar riċerka.

Il-messaġġ jibqa’ wieħed sempliċi: it-tadam jista’ jkun parti minn dieta Mediterranja varjata u bilanċjata, iżda mhuwiex kura għall-fatty liver.

Sors: POMOSANO Study, Nutrients (2026) https://l1nq.com/2yycazx

People with MASLD who ate tomatoes on a daily basis had less fat buildup in the liver, a recent study found.

Illum nixtieq naqsam parir wieħed biss, biex niffokaw fuqu u forsi jkun aktar faċli biex niftakruh.Meta mmorru nixtru fi...
08/08/2026

Illum nixtieq naqsam parir wieħed biss, biex niffokaw fuqu u forsi jkun aktar faċli biex niftakruh.

Meta mmorru nixtru fis-supermarket jew f’postijiet simili waqt li nkunu bil-ġuħ, jista’ jkun aktar faċli li nagħżlu ikel li jiġbidilna l-attenzjoni, inkluż prodotti ppakkjati b’mod attraenti u ikel b’densità għolja ta’ enerġija (kaloriji), li ħafna drabi jkun ukoll għoli fiz-zokkor, melħ jew xaħam.

Nafu kemm l-ambjent tal-ikel ta’ madwarna jista’ jagħmilha diffiċli biex nagħżlu prodotti aktar nutrittivi.

Għalhekk, parir sempliċi iżda prattiku: meta jkun possibbli, evita li tmur tixtri bil-ġuħ biex niprovaw nagħmlu għażliet aktar ippjanati u inqas influwenzati mill-ġuħ tal-mument.

Organiku ma jfissirx “mingħajr pestiċidi” jew “mingħajr riskju”.Fil-biedja organika jistgħu jintużaw ċerti sustanzi għal...
05/08/2026

Organiku ma jfissirx “mingħajr pestiċidi” jew “mingħajr riskju”.

Fil-biedja organika jistgħu jintużaw ċerti sustanzi għall-kontroll tal-pesti, iżda huma rregolati u limitati. Dawn jistgħu jinkludu pestiċidi jew sustanzi minn sorsi naturali. “Naturali” ma jfissirx awtomatikament li sustanza hija mingħajr riskju ta xejn.

Bl-istess mod, frott u ħaxix imkabbar b’mod konvenzjonali mhux bilfors mhux sikur. Fl-UE, ir-residwi tal-pestiċidi huma mmonitorjati u għandhom limiti legali maħsuba biex jipproteġu lill-konsumatur. L-aħħar valutazzjoni tal-EFSA sabet riskju baxx għas-saħħa mill-esponiment stmat għar-residwi fl-ikel ittestjat.

L-iktar ħaġa importanti għas-saħħa tagħna? Li nieklu aktar frott u ħaxix, madwar 5 porzjonijiet kuljum (400g). Il-benefiċċji ta’ din l-għażla għal saħħet il-qalb u l-prevenzjoni ta’ mard kroniku huma ħafna akbar mir-riskju potenzjali ta’ residwi li jkunu fil-limiti regolati.

Agħżel organiku jekk dan jaqbel mal-preferenzi tieghak, il-baġit jew il-valuri tiegħek. Iżda qatt tħalli l-biża’ mir-residwi twaqqfek milli tiekol frott u ħaxix konvenzjonali.

Parir prattiku: aħsel il-frott u l-ħaxix taħt l-ilma ġieri qabel tiekolhom, dan jgħin inaqqas ħmieġ, mikrobi u xi residwi tal-wiċċ.

Looking for a comforting chocolate drink? Try this warm cacao recipe:Heat one cup of unsweetened almond milk until warm ...
02/08/2026

Looking for a comforting chocolate drink? Try this warm cacao recipe:

Heat one cup of unsweetened almond milk until warm (do not boil the milk), then whisk in one tablespoon of unsweetened cacao powder and one or two small squares of dark chocolate (70% or higher) until smooth. Add a little cinnamon, if desired.

Cacao and dark chocolate contain magnesium, flavanols and theobromine. Although this drink is not a “serotonin shot”, its warm taste and relaxing preparation can still make it an enjoyable part of a balanced diet and a calming routine.

Address

Siggiewi

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Dylan Cutajar Nutrition & Health posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Dylan Cutajar Nutrition & Health:

Shortcuts

Share