03/09/2026
🇲🇹 Vitamini f’forma ta’ ġuġù jixbhu ‘l-ħelu fid-dehra, fir-riħa u fit-togħma, u għalhekk ikunu attraenti ħafna għat-tfal żgħar.
Għalhekk, il-vitamini u s-supplimenti għandhom dejjem jitqiesu bħala mediċini. Jekk jittieħed aktar mill-ammont rakkomandat, dawn ukoll jistgħu jikkawżaw avvelenament. Ċerti prodotti, b’mod partikolari dawk li fihom il-ħadid, jistgħu jkunu perikolużi speċjalment għat-tfal.
Biex tnaqqas ir-riskju ta’ avvelenament aċċidentali:
🧴 Żomm il-vitamini u s-supplimenti fil-kontenitur oriġinali tagħhom
🔒 Erfagħhom f’post għoli, imsakkar u fejn ma jidhrux
🍬 Qatt tirreferi għall-vitamini bħala ħelu jew tużahom bħala premju
Jekk taħseb li tifel jew tifla ħadu xi vitamini jew supplimenti iktar milli suppost, tistenniex li jidhru s-sintomi. Ċempel lill- Malta National Poisons Centre fuq 📞𝟭𝟳𝟳𝟰 immedjatament.
🇬🇧 Gummy vitamins look, smell and taste like candy, and are therefore very attractive to young children.
Therefore, vitamins and supplements should always be considered as medicines. If taken in excess of the recommended amount, they can also cause poisoning. Certain products, particularly those containing iron, can be especially dangerous for children.
To reduce the risk of accidental poisoning:
🧴 Keep vitamins and supplements in their original container
🔒 Store them high, locked, and out of sight
🍬 Never refer to vitamins as candy or use them as rewards
If you think a child has taken too much of a vitamin or supplement, do not wait for symptoms to appear. Call the Malta National Poisons Centre on 📞𝟭𝟳𝟳𝟰 immediately