The BodyForge Human Performance Institute

Directions Website Contact the business

The BodyForge Human Performance Institute We change lives. One rep at a time.

Għal paroli kullħadd jinqala.Imma bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.Għax biex tagħmel dak li hemm bżonn bie...
19/10/2026

Għal paroli kullħadd jinqala.

Imma bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.

Għax biex tagħmel dak li hemm bżonn biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek, ibqa' ċert minn ħaġa waħda.

Se jkollok IXXAMMAR IL-KMIEM U TAĦDEM SOD.

Hija triq sempliċi, però ċertament MHUX FAĊLI.

U ħafna drabi, tant inkunu maqbudin fil-vizzji l-ħżiena u l-apatija, li nippreferu noqgħodu ħażin milli nweġġgħu ftit illum ħa nkunu aħjar għada.

Isimgħu minni u għamlu li hemm bżonn ISSA STESS.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

18/10/2026

Illum ħa nurikom kif ikollkom ĠILDA ISBAĦ.

Mhux bil-kremi, biż-żebgħa u bit-tiżliġ ta’.

Għax il-ġilda tkun isbaħ TA’ VERU meta tieħu ħsiebha u tkun b’saħħitha iżjed.

Jekk int trid ġilda aktar żagħżugħa , b’saħħitha aktar, u ġġennek tħares lejjha, tajjar kollox minn idejk u ISMGĦANI ISSA.

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.Għax fil-waqt li ż-żmien jgħaddi minn fuq kullħadd, ġismek jixjieħ BISS jekk int tkun t...
18/10/2026

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.

Għax fil-waqt li ż-żmien jgħaddi minn fuq kullħadd, ġismek jixjieħ BISS jekk int tkun traskurat.

Il-mediċina konvenzjonali tgħidlek li ħafna mard jiġri minħabba li tixjieħ.

U jbellgħulek kemm trid pinuri biex “jgħinuk”.

Imma l-fatti juruna li ħafna mard jiġri għax TKUN TRASKURAT.

Fil-waqt li naqbel li ż-żmien isajjar il-bajtar, żomm f’moħħok li l-bajtar trid tkun żrajtu INT biex isir.

U qed ngħidilkom mija fil-mija li ċ-ċuċati li qed tagħmlu issa b’saħħitkom, SE TPATTUHOM KOLLHA.

Mija fil-mija, mingħajr ebda dubju.

Għax il-ġisem MA JINSIEX il-ħsara li tkun għamiltlu.

U bħal ma l-ilma jqattar fuq ġebla JHERRIHA, ġismek ukoll jitfarrak ftit ftit.

Imma, daqshekk ieħor hu veru li JEKK TIEĦU ĦSIEB TIEGĦEK INNIFSEK, l-arloġġ bijoloġiku tiegħek tista' żżommu jtektek ħafna aktar BIL-MOD.

U ġismek ikun ħafna aktar żagħżugħ mill-età kronoloġika tiegħek.

Dan mhux biss jixhduh ħafna studji li saru fuq dan is-suġġett, imma nista’ niggarantiehulkom jien wara aktar minn tletin sena karriera f’dan ix-xogħol u eluf kbar ta’ nies li għaddew min taħt idejja matul is-snin.

Però tistennewx li dawn l-affarijiet se tgħidomlok l-industrija tal-mediċina u tal-farmaċewtika.

Anzi, nerġa' nsostnilkom li minflok jinkoraġġuk timxi fit-triq it-tajba, ibqa' ċert li dawk se jgħidulek li meta ġismek ifellaq x’ħin tixjieħ huwa normali.

U joffrulek mitt farmaċewtiku għal kull sintomu tat-traskuraġni li int ikkultivajt matul is-snin.

X’ma jarawx kif jagħmlu biex lili JGĦALQULI ĦALQI talli nwasslilkom il-verità li MA JRIDUKOMX TKUNU TAFU.

Isimgħuni sa x’ħin iħalluni hawn.

Irridilkom wisq ġid.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

Ftit hawn tgħaddihom minn moħħhom din.Meta titraskura saħħtek, mhux biss tkun qed tagħmel ħsara lilek innifsek.Imma tkun...
17/10/2026

Ftit hawn tgħaddihom minn moħħhom din.

Meta titraskura saħħtek, mhux biss tkun qed tagħmel ħsara lilek innifsek.

Imma tkun qed tonqos mir-rispett LIL DAWK LI JĦOBBUK UKOLL.

Għax meta int tkun b’saħħtek, lil dawn se tkun tista' tieħu ħsiebhom ĦAFNA aħjar u jgawduk għal ĦAFNA aktar snin.

Tagħmel sens le?

Mela, tibqax titnikker u tilgħab biċ-ċippitatu fejn tidhol saħħtek.

Hu ħsieb ILLUM.

Qum minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Verità KBIRA tal-ħajja moderna din.Imlejna ħajjitna b’affarijiet li meta tagħsarhom, MA JISWEW XEJN.Allura meta niġu bie...
16/10/2026

Verità KBIRA tal-ħajja moderna din.

Imlejna ħajjitna b’affarijiet li meta tagħsarhom, MA JISWEW XEJN.

Allura meta niġu biex nagħmlu għażla tajba, mingħalina li m’għandniex ċans.

Għax il-ħin nkunu mlejnieh BIN-NEJK.

Għalhekk ma nagħmlux dak li hemm bżonn nagħmlu.

Taf kemm idum għaddej dar-raġunar?

Sakemm tinqalgħalek xi ħaġa SERJA.

U F'SEKONDA tinduna kemm kont qed tirraġuna FJAKK.

Titlifx li għandek f’idejk biex tinduna kemm kien PREZZJUŻ.

Ħudu ħsieb saħħitkom ILLUM.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

15/10/2026

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.

Dik iż-żigarella r-roża li joqgħodu jperċulek ma’ wiċċek biex taparsi jfakkruk fil-kanċer ma tfisser ASSOLUTAMENT XEJN.

Ħa nurikom malajr x’manipulazzjoni hemm f’dil-biċċa xogħol li tissejjah “PINKWASHING”.

Iġifieri meta kumpanija taqbad u tuża diż-żigarella roża fuq il-prodotti tagħha BIEX JITNEJJKU BIK.

Isimgħuha TFAQQA’.

=====================

Jekk trid tara l-video kollu:

https://www.facebook.com/reel/1151154826393979/

Mela, l-ewwel nitgħażżnu, nieklu ħażin, ma nitħarrkux u noqgħodu niżżemmlu.Imbagħad, x’ħin inlaqqtu tbeżbiża tajba u nin...
15/10/2026

Mela, l-ewwel nitgħażżnu, nieklu ħażin, ma nitħarrkux u noqgħodu niżżemmlu.

Imbagħad, x’ħin inlaqqtu tbeżbiża tajba u nindunaw kemm għamilna ħsara, rridu nirranġaw kollox f’salt.

Raġunar TAN-NEJK, hux?

Imma raġunar li sfortunatament narah kulljum.

Kullħadd irid ir-riżultati ISSA.

Imma MHUX HEKK isir ix-xogħol.

M’hemmx isbaħ minn passi żgħar il-quddiem li jsiru B’MOD KONSISTENTI kulljum.

HEKK isiru l-affarijiet jekk trid tasal fejn għandek tasal.

Bid-DIXXIPLINA u bid-DEDIKAZZJONI.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Ħallik milli TIPPROVA.Dik ċuċata li tgħid PURAMENT biex titnejjek bik innifsek.M’hemmx x’tipprova.Għax jekk tipprova MHU...
14/10/2026

Ħallik milli TIPPROVA.

Dik ċuċata li tgħid PURAMENT biex titnejjek bik innifsek.

M’hemmx x’tipprova.

Għax jekk tipprova MHUX SE TASAL.

Jekk trid verament tikseb xi ħaġa ta’ valur, jew tagħmel dak KOLLU li hemm bżonn.

Jew inkella TINTRIGAX.

Għax mank ħaqq il-ħin, it-tqanzieħ, u l-bażwa finta.

Hawnhekk ma nipprovawx.

Hawnhekk infasslu eżatt it-triq u nimxuha SPALLA MA’ SPALLA.

Meta trid, JIEN HAWN QIEGĦED.

Qum minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Kemm nixtieq INSAMMARHA ġo ras ħafna nies din.Aħjar “UFF!” milli “AĦĦ!”.Aħjar il-prevenzjoni mill-kura.Aħjar tagħmel li ...
13/10/2026

Kemm nixtieq INSAMMARHA ġo ras ħafna nies din.

Aħjar “UFF!” milli “AĦĦ!”.

Aħjar il-prevenzjoni mill-kura.

Aħjar tagħmel li hemm bżonn illum għax trid, milli jkollok tagħmlu għada għax bil-fors.

Vera mank ħaqq tikkawża aktar problemi, kemm minħabba traskuraġni, apatija, alabiebiżmu, jew kwalunkwe skuża oħra, milli jkollok issolvihom wara li tkun ħloqthom.

Titgħallmuhiex spejjez tagħkom din il-lezzjoni.

Ħudu aktar ħsieb ta’ saħħitkom.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

ĦASRA KBIRA kemm naraha sikwit dil-ħaġa.Niżbaljaw, u minflok nirranġaw, NIBQGĦU NIŻBALJAW.Kif tista' tistenna riżultat d...
12/10/2026

ĦASRA KBIRA kemm naraha sikwit dil-ħaġa.

Niżbaljaw, u minflok nirranġaw, NIBQGĦU NIŻBALJAW.

Kif tista' tistenna riżultat differenti jekk se tibqa’ tagħmel l-istess ħaġa?

L-unika riżultat possibbli meta tagħmel hekk hi IŻJED ĦSARA.

Tibqax tagħżaq jaħasra.

Tgħallem mill-iżbalji li tagħmel ħalli MA TERĠAX TAGĦMILHOM.

U hekk tasal ĦAFNA AKTAR MALAJR fejn jistħoqqlok tasal.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Address

The BodyForge Human Performance Institute, Triq Sannat
Sannat
SNT9021

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when The BodyForge Human Performance Institute posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to The BodyForge Human Performance Institute:

Shortcuts

Share