St Michael School

St Michael School St. Michael School (Cannon Road, Sta. Venera, MALTA) OFFICIAL PAGE Thus, Christ the Teacher is our model on whom we cast our behaviour and all our activities.

St Michael School strives to receive its students with the same healing and teaching attitude that Jesus showed towards all those who befriended him. Inspired by the call received by St George Preca, St Michael School lives a particular spirituality where the virtues of humility and meekness are the prevalent attitudes that guide us. At St Michael we work through our daily routine with the knowled

ge that we are constantly nourished by the presence of God and strengthened by the protection of St Michael the Archangel. To provide a holistic education, we endeavour to form an educational environment which encourages the student to develop new talent and obtain the necessary knowledge that empowers him to live up to his potential.

Ix-xogħol fis-sajf ma jieqafx! Nirringrazzjaw lill-voluntiera li komplew ix-xogħol fil-librerija!
26/08/2026

Ix-xogħol fis-sajf ma jieqafx! Nirringrazzjaw lill-voluntiera li komplew ix-xogħol fil-librerija!

Nifirħu lil Lucas Bugeja, student tal-iskola tagħna!
26/08/2026

Nifirħu lil Lucas Bugeja, student tal-iskola tagħna!

Nifirħu lil LUCAS BUGEJA, li jattendi St Michael School, li rebaħ il-kompetizzjoni tat-Tisliba ta' Għadd 401 tas-Sagħtar (April 2026). Huwa rebaħ il-kotba "Il-Ħolma tan-Nannu Ġuż" ta' Roberta Bajada, "Alice fil-Pajjiż tal-Għeġubijiet" ta' John Sciberras u "L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd" ta' Dean Fenech.
Komplu ħudu sehem fil-kompetizzjonijiet tas-Sagħtar!
www.saghtar.org.mt

17/08/2026
Nifirħu lill-kumitat tal-EkoSkola li flimkien mas-Sur Savona u Ms. Edwards wettqu audit fuq il-bini tal-kumpanija HSBC f...
12/08/2026

Nifirħu lill-kumitat tal-EkoSkola li flimkien mas-Sur Savona u Ms. Edwards wettqu audit fuq il-bini tal-kumpanija HSBC f’Ħal Qormi.

Iktar dettalji fl-artiklu t’hawn taħt 👇🏻

HSBC Malta’s Qormi head office has received recognition for its sustainability and employee wellbeing practices following an independent environmental review by St Michael’s School as part of EkoSkola

75 SENA MINN META L-ARĊISQOF GONZI BIEREK L-EWWEL ĠEBLA TAL-ISKOLA ST MICHAELIl-funzjoni tat-tberik u t-tqegħid tal-ewwe...
10/08/2026

75 SENA MINN META L-ARĊISQOF GONZI BIEREK L-EWWEL ĠEBLA TAL-ISKOLA ST MICHAEL

Il-funzjoni tat-tberik u t-tqegħid tal-ewwel ġebla reġgħet saret b’mod iżjed solenni xahrejn u nofs wara (Dun Ġorġ kien berikha fid-19 ta' Mejju 1951) mill-Arċisqof Gonzi nnifsu . Nhar il-Ħadd 5 ta’ Awwissu 1951, Mons. Nerik Bonnici għamel diskors qasir ta’ introduzzjoni li fih wera l-iskop tat-twaqqif tal-Iskola. Wara, ħuh, Mons. Prof. Carmelo Bonnici qara bil-Latin, u wara bil-Malti l-iskrizzjoni li kellha tindifen ġewwa tubu fl-ewwel ġebla.

Kopja ta’ din l-iskrizzjoni ġiet skolpita fuq irħama u tqiegħdet ma’ wieħed mill-ħitan tal-Iskola. Wara, l-Arċisqof Mikiel Gonzi bierek l-ilma li bih bierek l-ewwel ġebla li kienet marbuta b’żewġ żigarelli, safra u bajda. Imbagħad l-Arċisqof Gonzi għamel diskors tal-okkażjoni li fih spjega kif l-istess preżenza tiegħu kellha titqies bħala apprezzament għall-ħidma tas-Soċjetà tal-Museum għax hu ma kienx soltu jmur għat-tqegħid tal-ewwel ġebla ta’ skejjel,

"... imma llum, għal din l-iskola ridt nagħmel eċċezzjoni u niġi personalment sabiex inbierek u nqiegħed l-ewwel ġebla ta’ din l-Iskola li sejra tinbena, skola li għad tagħti tant frott jew aħjar tkattar il-frott li diġà qiegħda tagħti. Jien ridt nieħu sehem f’din iċ-ċerimonja għal żewġ raġunijiet: L-ewwel nett sabiex nuri bid-deher l-apprezzament tiegħi għax-xogħol illi s-Soċjetà (tal-Museum)... qiegħda twettaq, xogħol li jaf bih kulħadd. It-tieni sabiex bil-preżenza tiegħi u bil-kelma tiegħi nuri l-approvazzjoni u ninkoraġġixxi lill-Membri ta’ din is-Soċjetà biex ikomplu dan ix-xogħol li qed iħalli tant ġid."

"... U hekk bl-ispirtu li bih intom imħeġġa llum tkomplu l-opra ta’ Dun Ġorġ Preca, li għandi l-pjaċir ngħid illi llum qiegħed hawn magħna mimli bl-għomor, qawwi u sħiħ, u aħna nieħdu din l-okkażjoni sabiex nawgurawlu l-Ad Multos Annos biex biż-żelu, bil-ħeġġa u bl-umiltà tiegħu jibqa’ jmexxi din is-Soċjetà minnu mwaqqfa, ikkonservata u mkabbra. Irrid... nirringrazzja lill-membri u lil kull min ħa parti għall-bini ta’ din l-Iskola u lil kull min bi ħsiebu jieħu sehem... Nirringrazzja lil Mons. Enrico Bonnici... għad-direzzjoni li ta lis-Soċjetà tal-Museum."

Din id-darba wkoll intgħażlu żewġ parrinijiet oħra għall-okkażjoni, u dawn kienu l-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier u l-Assistent Ekkleżjastiku Mons. Nerik Bonnici li żammew żigarella kull wieħed waqt it-tqegħid tal-ewwel ġebla. Kien hemm preżenti wkoll il-Ministru Carmelo Caruana . Il-funzjoni spiċċat bl-Innu tal-Papa. Wara sar riċeviment li kien f’idejn il-“London Confectionery” .

L-Arċisqof kixef il-fatt li Dun Ġorġ kien preżenti għax filfatt huwa kien kważi mistoħbi. Bħalma kien jagħmel b***a drabi, Dun Ġorġ ma qagħadx fuq quddiem flimkien mal-mistednin l-oħrajn, iżda minflok mar qagħad fil-passaġġ ta’ għalqa fil-qrib. Waqt li l-Arċisqof kien qiegħed ifaħħar l-opra tiegħu, “mar jinħeba wara ħajt tas-sejjieħ” . Karmenu Bonavia jgħid li “dakinhar stajna nieħdu ritratti tal-funzjoni imma ridna noqogħdu attenti ħafna li ma nersqux qrib iżżejjed ta’ Dun Ġorġ”.

“Imma hu kien tassew ferħan għalkemm f’dik l-okkażjoni ma qal ebda kelma.” Meta kulħadd kien sejjer lura lejn daru, waqt li l-karozza li fiha kien hemm Dun Ġorġ kienet miexja bil-mod il-mod minħabba l-folla, xi ħadd daħħal rasu fil-karozza tiegħu, u qallu: “Sur Dun Ġorġ, kulħadd tkellem. Int ma tgħidilna xejn?” “Iva,” wieġeb Dun Ġorġ, “Ngħidilkom din: kollox jgħaddi.”

(Kitba tas-Sur Robert Aloisio. Ritratt iġġenerat bl-AI)

07/08/2026
Ninsabu lkoll maħsuda b’dak li ġara lbieraħ f’San Ġiljan. Wieħed miż-żewġ uffiċjali midruba, is-Surġent Johann Vella, hu...
25/07/2026

Ninsabu lkoll maħsuda b’dak li ġara lbieraħ f’San Ġiljan. Wieħed miż-żewġ uffiċjali midruba, is-Surġent Johann Vella, huwa qarib ta’ membru tal-istaff tal-iskola tagħna.

Ejjew nitolbu għalih u għall-familjari tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Nitolbu l-interċessjoni ta’ Marija u San Mikiel, kif ukoll ta’ San Ġorġ Preca li għada jaħbat l-anniversarju tal-mewt tiegħu.

Ikompli x-xogħol ta’ manutenzjoni u rinovament fl-iskola. Tkompliet iż-żebgħa fil-kuridur t’isfel kif ukoll inxtraw siġġ...
22/07/2026

Ikompli x-xogħol ta’ manutenzjoni u rinovament fl-iskola. Tkompliet iż-żebgħa fil-kuridur t’isfel kif ukoll inxtraw siġġijiet ġodda għas-sala u għall-klassijiet t’isfel. Inxtrat ukoll magna ġdida għall-ħasil tal-art kif ukoll kompla jasal l-apparat ġdid għad-dawl tal-palk. Fis-segreterija tkompli wkoll il-preparazzjoni għas-sena skolastika li ġejja. Grazzi ħafna lil kull min qed jagħti daqqa t’id!

Situation VacantFull-time teacher of Home Economics on a definite contract basis.Applicants may send a detailed CV to th...
16/07/2026

Situation Vacant

Full-time teacher of Home Economics on a definite contract basis.

Applicants may send a detailed CV to the Board of Directors via email at [email protected] by not later than Friday 31st July 2026.

Għall-grazzja t’Alla, hekk kif l-istudenti spiċċaw l-eżamijiet beda xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskola. Fil-klassijiet ta...
01/07/2026

Għall-grazzja t’Alla, hekk kif l-istudenti spiċċaw l-eżamijiet beda xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskola. Fil-klassijiet ta’ isfel qed isir xogħol fl-elettriku. Fis-sala wkoll qed isir aġġornament tad-dawl li jintuża għall-palk. Grazzi ħafna lill-ħaddiema u lill-voluntiera kollha!

Address

Cannon Road
Santa Venera
SVR9030

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when St Michael School posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share